Vaticano - Marċ Brijuż | Festa Santa Marija Rabat Għawdex
Żgħażagħ Iljuni Żgħażagħ Iljuni
713 subscribers
26,919 views
121

 Published On Jul 25, 2018

Marċ ġdid, proprjetá esklussiva tas-Soċjeta' Filarmonika Leone A.D. 1863 bid-drittijiet kollha. Kompożizzjoni ta' Archibald Mizzi (2018).

Exclusive property and copyright of the Leone Philharmonic Society A.D.1863. ©

Lirika:

U x’unur, xi privileġġi,
in-nies tagħna ġol-Vatikan,
u ħaddieħor ma jafx x’se jagħmel,
storda jdur mar-roundabouts!

Briju nagħmlu bin-nies tagħna,
din hija l-festa tal-Għawdxin,
waqt li l-marċi kollha tagħkom
b’nies ħaddieħor imsallbin. (x2)


Kif qażżistu lil kulħadd,
dan il-fatt żgur, ma jmerih ħadd.
Festa bħalna ma tagħmlux,
briju u nar, armar lussuż,
Oqogħdu ddandnu bid-dragun
Dak hu l-veru maskarun. (x2)


Xi klassi!
X’armar qed noħorġu,
Li lanqas toħolmuh,
Waqt li ħafna mix-xogħol tagħkom,
Ikkupjati aħjar tarmuh.

Spettakli!
Ma' tal-Vampa ma tibdewx,
Mhemmx paragun,
Bqajtu l-art u bir-raġun
Aħna ċ-champions, aħna tal-iljun! (x2)

Aħna l-kbar tal-Ljun!


Xi klassi!
X’armar qed noħorġu,
Li lanqas toħolmuh,
Waqt li ħafna mix-xogħol tagħkom,
Ikkupjati aħjar tarmuh.

Spettakli!
Ma' tal-Vampa ma tibdewx,
Mhemmx paragun,
Bqajtu l-art u bir-raġun
Aħna ċ-champions, aħna tal-Ljun!

Aħna l-kbar tal-Ljun!

show more

Share/Embed