Published On Aug 4, 2017
Din id-diska tindaqq fil-Ħruġ tal-Purċissjoni solenni ta' Ommna Marija, fil-Pjazza tal-Katidral Għawdex.
Exclusive property and copyright of the Leone Philharmonic Society A.D.1863. ©
Lyrics:
Ħarsu lejha,
Ulied ta' dil-Gżira.
Feġġet l-Awrora,
Ħierġa l-Kbira.
Doqqu ja qniepen
Tal-Knisja Ewlenija.
Selmu s-Sinjura,
Tal-ġmiel u s-sbuħija!
Ħalluha ħa tgħaddi,
Ddur mall-Belt tagħna.
Iftħulha d-djar tagħkom,
Biex tidħol tgħix magħkom!
Għannulha u kantawlha
Tifħir innijiet,
Morru għannulha
Mill-irħula u mill-bliet,
Għax hekk jixirqilha
Ix-xemx tal-ħolqien!
Doqqu ja baned
Ja qniepen ferħana!
Għaddejja r-Reġina
Iddur mal-Belt tagħna,
Għannulha poeti
Bl-ilsien tal-vjolini.
Fuq l-arpa mall-anġli
U s-sbieħ kerubini,
Dik l-għanja sabiħa,
Li nisġu l-Għawdxin,
Li Għawdex sar Ġenna,
Ta’ nies ferħanin!
Mużika: Paul Abela
Kliem: Ġanninu Cremona
Ikanta: Mario Caruana