BALLERINA
Michael Vanpisc Michael Vanpisc
47 subscribers
799 views
9

 Published On May 6, 2018

'BALLERINA' hija kanzunetta li ktibt apposta għal Briana Micallef. Briana kantata għall-ewwel darba fir-raba' edizzjoni tal-festival Melodija Maġika nhar is-Sibt 5 ta' Mejju 2018 u biha ġiet it-tieni fil-Kategorija A. Klikkja fuq SHOW MORE hawn taħt biex taqra' l-kliem.

_______________________

BALLERINA
Kliem u Mużika ta' Michael Piscopo
Arranġament ta' Phyllisienne Brincat

Minn meta kelli xi tliet snin
Kont noqgħod nara l-films taż-żfin
Nipprova nagħmel bħalhom
Biss kont naqa’ mhux ħażin

U meta kbirt ftit ieħor bdejt
Nitla’ bil-moħbi fuq il-bejt
Nipprova l-piruwetti
U kien hemm li ddeċidejt

Li ħaġa waħda tagħtini pjaċir
U meta nikber naf x’irrid insir

Ballerina, ballerina
Delikata, qisha pupa, figurina
Fuq il-ponot taż-żarbun
Titla’ wieqfa ddur iddur
Iddur iddur, iddur iddur
Ballerina, ballerina
Bil-kuruna tleqq fuq rasha bħar-reġina
Fuq il-ponot taż-żarbun
Titla’ wieqfa ddur iddur
Iddur iddur, iddur iddur

U noħlom li xi darba mmur
X’imkien fejn jgħallmu ż-żfin kuljum
U naf jekk noqgħod brava
Il-mama’ tibgħatni żgur (hux Ma?)

U naf li jiswa ħafna flus
Għalhekk qed nitfa’ fil-karus
Kul ewro li niddobba
Lesta nbiegħ il-qattus (forsi aħjar le)

Għax ħaġa waħda tagħtini pjaċir
U meta nikber naf x’irrid insir

Ballerina, ballerina
Delikata, qisha pupa, figurina
Fuq il-ponot taż-żarbun
Titla’ wieqfa ddur iddur
Iddur iddur, iddur iddur
Ballerina, ballerina
Bil-kuruna tleqq fuq rasha bħar-reġina
Fuq il-ponot taż-żarbun
Titla’ wieqfa ddur iddur
Iddur iddur, iddur iddur

Xi darba l-ħolma tiegħi għad isseħħ
Sadanittant ...għandi qattus għall-bejgh.

Ballerina, ballerina
Delikata, qisha pupa, figurina
Fuq il-ponot taż-żarbun
Titla’ wieqfa ddur iddur
Iddur iddur, iddur iddur
Ballerina, ballerina
Bil-kuruna tleqq fuq rasha bħar-reġina
Fuq il-ponot taż-żarbun
Titla’ wieqfa ddur iddur
Iddur iddur
Iddur iddur
Iddur iddur
Iddur iddur
U ma taqax.

show more

Share/Embed