Published On Mar 16, 2024
Mhux tal-Aħħar
Artista: Maxine Pace
Kompożitur: Cyprian Cassar
Awtur: Emil Calleja Bayliss
Direttur tal-Orkestra: Ryan Paul Abela
Arranġatur: Ryan Paul Abela
Lirika:
Inħares fiss f’għajnejk
nixtieq posti ħdejk
inżommlok idejk
u nersaq sew lejk.
Niftakar fil-passat
u f’dawk il-beżgħat
li saru weġgħat
kif xgħelna x-xemgħat.
Dejjem tbissimtli
għidtli li f’idejja t-tmun,
dejjem tbissimtli
għidtli li żgur ħdejja tkun.
Dejjem tbissimtli
għidtli biex insib kuraġġ
mingħajrek.
Int fejn int
jien xtaqt fhimt
kont tbikkimt.
Mhux tal-aħħar
li minn qalbi nlissen dal-kliem
għax imħabbti lejk tibqa’ tikber
mingħajr tmiem,
għalkemm qiegħda ‘il bogħod
iżda inħossok viċin
jgħaddu kemm jgħaddu
ġimgħat, xhur anke snin.
Nixtieq immur lura fiż-żmien
fejn ħajti sebbaħt kont bl-ilwien
u fl-aħħar jien ħrabt minn kull xkiel
tiegħek aktar skoprejt il-ġmiel.
Mhux tal-aħħar
li din qalbi tolfoq bla dmugħ
int tiegħi ir-ruħ.
Qed inħares minn fejn bdejt
u dwarek skoprejt
kif ħajtek int bnejt
jien lilek ħassejt.
Niftakar f’dak li sar
f’memorji id-dar
il-ħolm fejn kien mar
għeb u fix-xejn tar.
Dejjem tbissimtli
għidtli li ħa żżomm kuntatt
dejjem tbissimtli
għidtli li ma titlaq qatt.
Dejjem tbissimtli
għidtli nifhem kull messaġġ
mingħajrek.
Mhux tal-aħħar
li minn qalbi nlissen dal-kliem
għax imħabbti lejk tibqa’ tikber
mingħajr tmiem,
għalkemm qiegħda ‘l bogħod
iżda inħossok viċin
jgħaddu kemm jgħaddu
ġimgħat, xhur, anke snin.
Nixtieq immur lura fiż-żmien
fejn ħajti sebbaħt kont bl-ilwien
u fl-aħħar jien ħrabt minn kull xkiel
tiegħek aktar skoprejt il-ġmiel.
Mhux tal-aħħar
li din qalbi tolfoq bla dmugħ
int tiegħi r-ruħ.
Nixtieq inħaddnek sew mill-qrib
għaliex jien bħalek lil ħadd ma nsib
kif lura lilek ħa nġib!?
Mhux tal-aħħar
li minn qalbi nlissen dal-kliem
għax imħabbti lejk tibqa’ tikber
mingħajr tmiem,
għalkemm qiegħda ‘il bogħod
iżda inħossok viċin
jgħaddu kemm jgħaddu
ġimgħat, xhur, anke snin...
Tiegħek il-ġmiel.
Mhux tal-aħħar
li din qalbi tolfoq bla dmugħ
int tiegħi ir-ruħ.
Festivals Malta 2024 Kull Dritt Riżervat