HELU BAMBIN
Ludwig Galea Ludwig Galea
462 subscribers
368,135 views
1.2K

 Published On Dec 3, 2011

MUSIC BY ANDREW ZAMMIT
LYRICS BY Fr George Ocar Buttiġieġ OFMCONV
SINGERS: CHIARA AND LUDWIG
RECORDING: TONE STUDIOS B'KARA MALTA
MUSIC VIDEO : WE MEDIA
PRODUCER: ANGIE LAUS
CAMERA PERSON: CHARLES AHAR



ĦELU Bambin

Ċkejken Messija, hawn huwa l-Milied,
TwelideK f'did-dinja, li twarrbek hi trid.
Ejja u ara O bniedem, b'Sinjal
Kif l-Anġli dlonk ħabbru skont KelmteK Mulej:

Ġużeppi u Marija mar-Rgħajja qimuH,
Il-Maġi sabuH,
Tarbija f'maxtura: "Bambino Gesù" (S. Lq 2,16)
Ġesù Bambin!

Rit:
Ħelu Bambin
B'qalbi kollha nfaħħreK
F'kull żmien u f'kull Milied
Ħelu Bambin
Veru jiena nħobboK
Ġesù Bambin.

Dal-Milied kollu hu Tiegħek Bambin,
GħaliK huwa dan l-istaġun ta' barkiet,
Qatt żgur mingħajrek ma jkollna Milied,
Ta' Hena, ta' Paċi u Ġid tas-smewwiet.

Il-Verb ta' Alla twieled (S. Ġw 1,14), għalija u għalik,
Ejjew nadurawH,
U Hu għammar fostna,
għalhekk b'twemmin kbir niċċelebrawH!

Rit: Ħelu Bambin
B'qalbi kollha nfaħħreK
f'kull żmien u f'kull Milied
Ħelu Bambin
Veru jiena nħobboK
Ġesù Bambin

Brigde: B'dil-għanja ħelwa tal-Milied,
Bl-ilwien ta' dat-tiżjin fl-ibliet,
Bil-Presepji u Knejjes sbieħ,
Ngħolluk b'ġieh
O Mulej

Rit: Ħelu Bambin
B'qalbi kollha nfaħħreK
f'kull żmien u f'kull Milied
Ħelu Bambin
Veru jiena nħobboK -- dejjem ridt u emmint
Ħelu Bambin
B'qalbi kollha nħobboK
Ġesù Bambin.

show more

Share/Embed